Għadd stmat ta’ smartphones attivati b’Galileo mibjugħa sal-lum.

Is-smartphone tiegħek mhuwiex waħdu,
skopri tagħmir ieħor imħaddma b’Galileo.

Loading...
Missed Match

Tqabbil li ma seħħx

Jista’ jkun li l-app tad-dating tiegħek sabitlek l-aħjar persuna għalik, imma l-mappa tat-telefon tiegħek ma twasslekx fil-post fejn kellkom tiltaqgħu. Issa, bil-preċiżjoni għolja li tipprovdi Galileo, laqgħat li ma jseħħux huma xi ħaġa tal-passat. Permezz ta’ telefon attivat b’Galileo, inti tista’ tisswajpja lejn il-lemin u ssib is-sieħeb jew is-sieħba t-tajba!

Accuracy Always Matters: Get it right!

Il-preċiżjoni importanti: moħħok hemm!

Is-Sibt filgħaxija fir-restorant favorit tiegħek. Int lest biex tgawdi l-isbaħ esperjenza meta f'daqqa waħda … !  #UżaGalileo, u ma titlef xejn!

Matrimonial Miss

Tard u Mitluf

Kollha kemm intom lesti biex toħorġu. Kulma fadal huwa dawra rilassanti bil-karozza fil-kampanja u tkunu tistgħu tiċċelebraw ma' sħabkom. Imma t-toroq  mhux familjari tal-kampanja malajr isiru  labirint ta' konfużjoni, u tibqgħu dduru u tagħqdu fl-istess post. Neħħi l-istress mis-sewqan - ħalli lil Galileo jwassalkom għal-festin fil-ħin!

Escapade

Aħrab għall-Imħabba

Pets - iżommulna kumpanija u jarrikkixxu ħajjitna. Iżda kelb li jkun sab l-imħabba jista' jkun diffiċli timmaniġġjah - makakk, ta' rasu u mimli determinazzjoni. Imma tinkwetax - il-preċiżjoni miżjuda ta' Galileo tgħinek tkun taf fejn qiegħed anke l-aktar pet li moħħu fl-imħabba.

Lost in Navigation

Mitluf fin-navigazzjoni

Meta tipprova tasal f'post f'belt mhux familjari, waqt li tkun għaddej minn labirint ta’ toroq żgħar iserrpu, faċli tintilef. Imma tinkwetax - l-eżattezza miżjuda li tipprovdi Galileo twasslek fejn trid tmur, ma jkollok bżonn iddur fuq il-komunità lokali tas-sewwieqa tar-roti għall-għajnuna!

rain

Stennija fix-xita

Inti tibbukkja r-rikba tiegħek u tikkonferma l-post tal-ġbir. Imma ftit minuti wara t-taxi tiegħek tgħaddi minn quddiemek – u tħallik barra fix-xita! Tinkwetax, Galileo jieħu ħsiebek. Bl-eżattezza u l-preċiżjoni miżjuda li tipprovdi Galileo, it-taxi tiegħek dejjem tiġi għalik.

picnic

It-triq it-twila għal picnic

Jum xemxi, it-tfal eċċitati - ġurnata perfetta għal picnic. Tipparkja fil-foresta u titlaq għal għonq it-triq lejn il-post ideali għal picnic. Imma, anke għal trekkers esperjenzati, huwa faċli li tintilef fil-foresta u, qabel tintebaħ il-ġurnata rilassanti tiegħek tkun inbidlet f'maratona. Ibdel il-maratona tiegħek fil-foresta f'mixja rilassanti billi ġġorr il-preċiżjoni miżjuda ta' Galileo fil-basket tal-picnic tiegħek.

Autonomous Driving powered by Galileo

Autonomous Driving powered by Galileo

What was some years ago science fiction will soon become reality. Autonomous driving will revolutionize life as we know it by shaping the future of transport. Driver-less cars promise to open up mobility options for people with impairments and ageing populations, reduce car accidents and even free up the space wasted in parking. Galileo's increased accuracy is a key component to this revolution.

wheels

Accuracy Matters on 2 Wheels

Whether you are aspiring to be the next winner of the #TDF2019 or just dusting off you bike, with Galileo you have access to enhanced precise positioning and navigation to keep you on track. Stay ahead of the pack; make sure you have Galileo’s added accuracy in your phone!

Forest

Għajnuna fil-Foresta

Waqa’ waqt li qed tgawdi l-foresta m’għandhiex għax tkun ħaġa kbira. Permezz ta’ Galileo fil-mowbajl tiegħek, telefonata lil 112 tippermetti lil dawk li jwieġbu l-ewwel ikunu jafu fejn isibuk. Mela, jekk sejjer tiġri ftakar – żomm ruħek idrat u ħu l-mowbajl b’Galileo fuqu miegħek!

Lost in Love

Mitluf fl-imħabba

Fi kwistjonijiet tal-imħabba, bħal f'oqsma oħra tal-ħajja, l-eżattezza hija importanti. L-eżattezza għolja li tipprovdi Galileo tiżgura li l-vleġġa ta’ Kupidu tolqot il-mira tagħha kull darba - u tipproteġik minn sorpriżi mhux pjaċevoli.

travel

Għajnuna waqt l-Ivvjaġġar

Qed tgawdi weekend f’belt ġdida meta jinqala’ diżastru. Emerġenza tas-saħħa tista’ tkun tal-biża’ għal kull min hu involut, speċjalment jekk ma tafx eżatt fejn qiegħed. Il-preċiżjoni addizzjonali ta’ Galileo tnaqqas il-ħin tar-rispons f’emerġenza, meta kull minuta tgħodd. Il-mowbajl tiegħek b’Galileo fuqu - għajnuna addizzjonali ta’ assigurazzjoni waqt l-ivvjaġġar, miegħek il-ħin kollu.

beach

Salvataġġ f’Bajja

Kurrenti minn taħt malajr jistgħu jibdlu għawma ta’ malajr f'esperjenza -l-ħajja f'periklu. Imma l-għajnuna mhux ’il bogħod. Meta ċċempel 112, il-preċiżjoni addizzjonali ta’ Galileo twassal lis-servizzi ta’ emerġenza fil-post preċiż, malajr! Galileo – Satelliti Ewropej li jsalvaw il-ħajjiet.

thelongwait

L-istennija twila

M'hemm xejn iktar frustranti minn servizz bil-mod. Meta tkun qed tgorr żaqqek, kulma tista’ tagħmel huwa li tistenna l-ikel, li issa jkun kesaħ, jasal. Grazzi għall-eżattezza miżjuda li tipprovdi Galileo, is-sewwieqa li jikkonsenjaw l-ikel jistgħu faċilment isibu l-indirizz tiegħek – u jiżguraw li l-pizza tiegħek tasal malajr, sħuna u lesta biex tittiekel.