Menu ta’ navigazzjoni:

 

X’inhuma cookies?

Biex jiġi ffaċilitat il-funzjonament tas-sit web tagħna aħna nistgħu – soġġett għall-kunsens tal-viżitaturi – inpoġġu fajls tad-data żgħar imsejħa cookies fuq it-tagħmir tiegħek.

Cookies huma fajls żgħar ta’ test li jiġu ġġenerati mis-servizzi tal-internet li l-utent ikun żar; dawn il-fajls ta’ test jistgħu jitpoġġew fuq l-apparat tal-utenti mis-sit web li jkunu qed iżuru dak il-ħin (“cookies tal-ewwel parti”) jew minn sit web differenti minn dak li jkunu qed iżuru dak il-ħin (“cookies ta’ partijiet terzi”).

Hawn taħt tista’ ssib informazzjoni dwar il-possibbiltà li taċċetta (“inklużjoni”) jew li tirrifjuta t-tqegħid ta’ cookies, it-tipi ta’ cookies li jintużaw mis-sit web tagħna u l-iskop tagħhom.

Issib ukoll informazzjoni dwar il-possibbiltà li tieqaf taċċetta l-użu ta’ cookies (jekk tkun diġà għażilt li taċċettahom).

 

Kif nużaw il-cookies?

Fuq is-sit web jintużaw dawn it-tipi ta’ cookies li ġejjin: ‘cookies persistenti tal-ewwel parti’, ‘cookies tas-sessjoni’ u ‘cookies tal-midja soċjali’.

Cookies persistenti tal-ewwel parti» jippermettu l-ġbir tal-informazzjoni li ġejja dwar il-persuni li jżuru s-sit web tagħna:

  • Indirizz tal-IP (anonimizzat)
  • Post: pajjiż, reġjun, belt, latitudni u lonġitudni approssimattivi (Ġeolokalizzazzjoni)
  • Data u ħin tat-talba (żjara fis-sit)
  • Titolu tal-paġna murija (Titolu tal-Paġna)
  • URL tal-paġna murija (URL tal-Paġna)
  • URL tal-paġna li ntweriet qabel il-paġna attwali (URL Riferjali)
  • Riżoluzzjoni tal-iskrin tal-apparat tal-utent
  • Il-ħin fiż-żona ta’ ħin lokali tal-viżitatur
  • Fajls li ġew ikklikkjati u mniżżla (Download)
  • Links għal dominju estern li ġew ikklikkjati (Outlink)
  • Il-ħin ta’ ġenerazzjoni tal-paġni (il-ħin li jdumu l-paġni web biex jiġu ġġenerati mis-server tas-sit web u mbagħad biex jitniżżlu mill-viżitatur: Veloċità tal-paġna)
  • Il-lingwa prinċipali tal-brawżer li qed tintuża (Accept-Language header)
  • Il-verżjoni tal-brawżer, plugins tal-brawżer (PDF, Flash, Java, ...) il-verżjoni tas-sistema operattiva, l-identifikatur tal-apparat (User-Agent header)
  • Lingwa tal-paġna li żar l-utent
  • Kampanji
  • Tfittxija fuq is-Sit
  • Avvenimenti

Id-data li tinġabar ma tiġi kondiviża ma’ ebda organizzazzjoni oħra għal skopijiet ta’ promozzjoni, riċerka dwar is-suq jew kummerċjali. Barra minn hekk, id-data msemmija hawn fuq ma tistax tintuża biex tidentifika viżitatur partikolari.

Cookies ‘tal-ewwel parti’ jinħolqu mis-sit web u jippermettu:

  • il-funzjonament tajjeb tas-sit web;
  • lill-GSA tiġbor statistika biex ittejjeb il-funzjonalitajiet tas-sit web – għal dan il-għan, il-GSA tuża Google Analytics (aktar informazzjoni tista’ tinsab hawn taħt);
  • funzjonijiet ta’ kondiviżjoni mal-midja soċjali.

'Persistenti' tfisser li dawn il-cookies jiskadu wara tlettax-il xahar (13), u wara dan jitneħħew awtomatikament mill-apparat tal-utenti.

Cookies tas-‘sessjoni’ ma fihom ebda data - jitpoġġew għat-tul ta’ sessjoni ta’ utent (ħin li l-utent idum jibbrawżja s-sit web). Dawn il-cookies huma neċessarji biex jippermettu lis-sit web jiftakar l-għażliet tal-viżitatur meta jaċċessa s-sit web.

Cookies tal-midja soċjali’: Il-GSA hija attiva fuq erba' pjattaformi tal-midja soċjali. Il-preżenza tagħna fil-komunitajiet ta’ Twitter, Facebook, YouTube u LinkedIn issaħħaħ il-preżenza u l-viżibilità tagħna online.

  • Is-sit web ma jinstallax cookies mill-wiri ta’ links għall-kanali tal-midja soċjali tagħna meta tkun qed tibbrawżja s-sit web tagħna;
  • Tista’ tara videos tal-GSA, li aħna ntellgħu (ninkorporaw) mill-paġna ta’ YouTube tagħna. Tista’ ssegwi wkoll il-links mis-sit web tagħna għal Twitter, Facebook u LinkedIn;
  • Il-videos tal-GSA fuq is-sit web tagħna huma inkorporati mill-kanal ta’ YouTube tagħna, b’b’modalità ta’ infurzar tal-privatezza attivata. Dan jagħmilha possibbli li l-videos mill-kanal ta’ YouTube tagħna jiġu inkorporati fis-sit web tagħna mingħajr cookies.
  • Il-videos li tara fuq il-kanal ta’ YouTube tagħna jsegwu l-politiki ta’ YouTube dwar il-cookies u l-privatezza li fuqhom m’għandna l-ebda kontroll. Ma tiġi installata l-ebda cookie minn YouTube sakemm ma tagħtix il-kunsens tiegħek għall-cookies ta’ YouTube;
  • Bl-istess mod, meta tikklikkja fuq il-buttuna ta’ Facebook jew ta’ LinkedIn fuq is-sit web tagħna, tiġi ridirett lejn is-sit ta’ LinkedIn u ta’ Facebook, li għandhom il-politiki tagħhom stess dwar il-cookies u l-privatezza li fuqhom m’għandna l-ebda kontroll;
  • Il-wiri tat-Twitter feed fuq dan is-sit web juża komponent mingħajr cookies. Meta tikklikkja fuq il-buttuna ta’ Twitter fuq dan is-sit web tiġi ridirett lejn is-sit ta’ Twitter, li għandu l-politiki tiegħu stess dwar il-cookies u l-privatezza li fuqhom m’għandna l-ebda kontroll.

 

Inklużjoni

Meta s-sit web jiġi aċċessat għall-ewwel darba, il-viżitatur tas-sit web jingħata l-għażla li jaċċetta (“Iva, naċċetta”) jew li jirrifjuta (“Ma naċċettax cookies”) it-tqegħid ta’ cookies.

Naċċetta cookies: Meta jikklikkja din l-għażla, il-viżitatur jagħti l-kunsens għat-tqegħid tal-cookies kollha li dan jippermetti:

  • L-aħjar funzjonament tas-sit web
  • Il-funzjoni ta’ kondiviżjoni mal-midja soċjali
  • Il-ġbir ta’ statistika

Ma naċċettax cookies: Meta jikklikkja din l-għażla, il-viżitatur ma jagħti l-kunsens għat-tqegħid ta’ ebda cookie msemmija hawn fuq. F'dan il-każ, titqiegħed biss cookie tas-sessjoni; din hija cookie teknika, li l-iskop ewlieni tagħha huwa li tiftakar l-għażliet li jkunu għamlu l-viżitaturi. Din il-cookie titqiegħed għat-tul ta’ sessjoni ta’ utent (il-ħin li jdum jibbrawżja s-sit web) u titħassar awtomatikament meta tiskadi l-imsemmija sessjoni. Jekk tagħżel li ma taċċettax cookies, dan ma jfixkillekx l-esperjenza ta’ navigazzjoni fuq is-sit web.

L-ebda għażla magħmula: Jekk viżitatur la jaċċetta u lanqas jirrifjuta cookies, is-sit web jittratta dan bħala rifjut għat-tqegħid ta’ cookies u l-funzjonijiet relatati kollha jibqgħu sospiżi sakemm issir għażla. L-ebda cookie ma titqiegħed fuq l-apparat tal-viżitaturi, sakemm ma jkunux taw il-kunsens tagħhom billi jikklikkjaw fuq l-opzjoni “Iva, naċċetta”.

 

Esklużjoni

F’każ li viżitatur ikun aċċetta t-tqegħid ta’ cookies, huwa dejjem possibbli li jbiddel din id-deċiżjoni u jagħżel li jiġi eskluż. Sabiex jiġu esklużi, il-viżitaturi għandhom iħassru l-cookies kollha mill-brawżer tagħhom. Madankollu, jekk tagħmel dan, jista’ jkollok bżonn taġġusta manwalment ċerti preferenzi kull darba li żżur sit u xi servizzi u funzjonalitajiet jistgħu ma jaħdmux. Kull brawżer għandu sistema kemxejn differenti – jekk jogħġbok ara xi eżempji hawn taħt:

  • Għal Chrome mur fuq: Settings ›Privacy and Security › Clear browsing data › Agħżel “Cookies and other site data”
  • Għall-Internet Explorer mur fuq: Safety› Delete Browsing History › Agħżel “Cookies and website media” › Ikklikkja “Delete”
  • Għal Microsoft Edge mur fuq: Settings › Clear Browsing Data › Agħżel “Cookies and saved website data” › Ikklikkja “Clear”.
  • Għal Firefox mur fuq: Options ›Privacy and Security ›Cookies and Site Data › Ikklikkja “Clear data”
  • Għal Safari mur fuq: Preferences ›Privacy › Cookies and website data › Ikklikkja “Manage Website Data” (Mac) jew “Remove All Website Data”. (Windows), › Agħżel “Remove All” biex tħassar il-cookies kollha.

Biex issir taf aktar dwar kif tneħħi l-cookies tiegħek fi brawżers differenti tista’ żżur https://www.aboutcookies.org/

 

L-opzjoni do not track (tintraċċax)

Do Not Track hija teknoloġija li tippermetti lill-viżitaturi jagħżlu li ma jiġux traċċati minn siti web tkun xi tkun ir-raġuni, inkluż l-użu ta’ servizzi analitiċi, netwerks ta’ reklamar u pjattaformi soċjali. Tista’ tattiva l-opzjoni ‘Do not track’ direttament fil-brawżer web tiegħek. Google Analytics ma tintraċċax utenti li jkunu attivaw din l-opzjoni fil-brawżers web tagħhom.

 

Google Analytics

Is-sit web tal-GSA juża l-Google Analytics sabiex jittraċċa l-informazzjoni tal-viżitaturi kif deskritt hawn fuq. Għal dan il-għan, id-data msemmija hawn fuq miġbura permezz tal-cookies (jekk utent għażel li jaċċetta l-cookies) tiġi trażmessa lil Google Inc. L-indirizzi tal-IP tal-viżitaturi jiġu anonimizzati mis-sit web tal-GSA qabel ma jiġu trażmessi lil Google Inc; dan jipproteġi l-anonimità tal-viżitaturi li jkunu għażlu l-funzjonalitajiet sħaħ tas-sit web. It-trasferiment f’pajjiżi mhux tal-UE jsir biss wara l-anonimizzazzjoni.

Google Analytics implimentat karatteristika ta’ kontroll taż-żamma tad-data. Din il-karatteristika tipprovdi flessibbiltà lill-proprjetarji ta’ siti web biex jiddefinixxu perjodu ta’ żamma għad-data maħżuna fil-kont ta’ Google Analytics. Il-GSA għażlet perjodu ta’ żamma ta’ 26 xahar; kwalunkwe data wara li jiskadi dan il-perjodu tiġi mħassra mis-servers ta’ Google.