Stqarrija ta’ privatezza rigward il-protezzjoni ta’ data personali relatata mal-formola tal-kuntatt online disponibbli f’www.useGalileo.eu

Drittijiet tal-awtur GSA 2017

Kull data personali hi ttrattata f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward ta’ l-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-data (Regolament (KE) 45/2001).

L-avviż tal-informazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data jiddeskrivi l-kriterji li bihom id-data tinġabar, tiġi amministrata u tintuża fir-rigward tal-formola tal-kuntatt online disponibbli f’www.useGalileo.eu.

Identità tal-kontrollur:
Kontrollur: Direttur Eżekuttiv tal-GSA.
Kontrollur delegat: Kap tad-Dipartiment tal-Komunikazzjonijiet.

Skop tal-ipproċessar:
L-iskop tal-ipproċessar hu l-provvediment ta’ risposta għad-domandi ppreżentati minn utenti tal-web.

Data kkonċernata:
Isem, kunjom, indirizz tal-email.

Bażi ġuridika:
Il-kunsens tas-suġġett tad-data.

Riċevituri tad-data pproċessata:
L-aċċess għad-data personali jingħata fuq il-bażi tal-prinċipju “jeħtieġ inkun naf” għal numru limitat ta’ persunal tal-GSA li jamministra l-indirizz tal-email u għal numru limitat ta’ persunal tal-kuntrattur tal-GSA fl-għoti ta’ servizzi relatati mal-ġestjoni tas-sit web.

Kwalunkwe riċevitur għandu jiġi mfakkar dwar l-obbligu tiegħu li ma jużax id-data li jirċievi għal skopijiet oħra għajr dak li għalih intbagħtet.

Legalità tal-ipproċessar:
Il-legalità tal-ipproċessar hi bbażata fuq l-Artikolu 5(d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Suġġetti tad-data mingħajr ambigwità jagħtu l-kunsens tagħhom billi jippreżentaw l-formola ta’ parteċipazzjoni online.

Informazzjoni dwar il-perjodu ta’ żamma tad-data personali:
Data personali tinżamm sakemm azzjonijiet ta’ segwitu għall-email jkunu neċessarji fir-rigward tal-iskop tal-ipproċessar tad-data personali iżda għal mhux iktar minn tliet xhur mid-data tal-preżentazzjoni tal-email. Data personali tinħażen fis-servers tal-kuntrattur tal-GSA, u tiġi amministrata minn kuntrattur ieħor tal-GSA, fejn it-tnejn jimxu mad-dispożizzjonijiet ta’ sigurtà neċessarji.

    Id-drittijiet tas-suġġett tad-data:
  • Suġġetti tad-data għandhom id-dritt għall-aċċess u r-retifika tad-data personali tagħhom fi kwalunkwe ħin.Talbiet għandhom ikunu indirizzati lill-Kap tal-Komunikazzjonijiet f’com@gsa.europa.eu.
  • Suġġetti tad-data huma intitolati jressqu appell fi kwalunkwe ħin quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) f’edps@edps.europa.eu f’każ li jikkunsidraw li l-operazzjonijiet tal-ipproċessar ma jkunux konformi mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
    Informazzjoni ta’ kuntatt:
  • Fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tiegħek: com@gsa.europa.eu.
  • Fir-rigward tal-interpretazzjoni, l-applikazzjoni jew il-ksur tar-Regolament (KE) 45/2001:Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data (UPD) tal-GSA f’dpo@gsa.europa.eu.